Alfred Degorgio magħruf bħala l-Fulu ġie liberat, minn akkużi li kien qed jaffaċċja b’rabta mal-involviment tiegħu f’serqa kbira li sarret minn vann li kien qed iġorr mal-miljun lira Maltin. Degorgio jinsab mixli bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
Il-każ imur lura għal f’Ottubru tas-sena 2000 meta seħħet serqa minn triq il-Kanun f’Santa Venera, u li fiha nsterqu mal-miljun lira Maltin ekwivalenti għal aktar minn żewġ miljun tlett mitt elf ewro.
Degorgio kien ġie akkużat b’involviment f’din is-serqa flimkien ma’ Mario Cutajar u Emanuel Formosa. Dan wara li fuq wieħed mill-baskijiet bil-flus instabet marka ta’ subajh.
Il-flus kienu nstabu moħbija taħt saqqu fid-dar ta’ wieħed mill-akkużati. Il-Fulu kien instab ħati li żamm għandu ħwejjeġ misruqin u ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba snin. Huwa appella mis-sentenza u ġie liberat minnha minħabba żball proċeduri.