Il-ftuħ ta’ Valletta 2018 spiċċa fuq l-instagram ta’ l-aqwa magażin fid-dinja, TIME. Dan hekk kif ritratt ta’ fotografu Malti juri lill-akrobati li kienu mdendlin fl-ajru fuq il-Funtana Tritoni waqt l-ispettaklu li ttella waqt il-ftuħ.Il-profil ta’ TIME għandu madwar ħames miljun segwaċi fejn ir-ritratt kiseb aktar minn tmient elef ‘qalb’ u bosta kummenti li faħru wkoll dan l-ispettaklu.
Intant fuq il-profil ta’ Facebook, iċ-Chairman ta’ V18, Jason Micallef kiteb kif dan il-mument kien wieħed ta’ unur għall-Malta – unur li qed jixxandar bi prominenza minn magażin ta’ fama mondjali li rrikonoxxiet proprju dan il-mument.