Ir-rapport ta’ Marthese Portelli dwar it-traffiku, li lbieraħ kien żvelat b’mod esklussiv minn one.com.mt, jinkludi ftit proposti ġodda u ta’ dawn lanqas biss saret stima.
B’imkejjen viċin operaturi tat-trasport privat jgħidu ma’ ONE NEWS li l-ispiża tista’ titla għall-miljuni ta’ ewro.
Minkejja li r-rapport dam jinkiteb seba’ xhur il-Partit Nazzjonalista lanqas wasal biex jikkwantifika kemm tiswa’ l-proposta li jingħata t-trasport b’xejn lit-tfal tal-iskola kollha anke jekk din il-ħaġa Simon Busuttil ilu jsemmiha kemm ilu kap. Hija wkoll proposta li l-gvern diġà beda jinċentiva bl-inizjattiva ta’ kreditu ta’ taxxa għal dawk li jħallsu t-trasport biex uliedhom jitwasslu l-iskola.
Proposta oħra li mal-ewwel daqqa t’għajn tista’ tidher interessanti hi dik li jkun hemm trasport b’xejn għall-ħaddiema tal-Gvern.
Iżda x-shadow Marthese Portelli li tefgħetha fir-rapport mingħajr biss qalet kemm tiswa. Speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu li s-servizz pubbliku għandu iktar minn 40,000 ħaddiem.
Aspett ieħor interessanti hu kemm minn dak li jaħdmu fis-servizz pubbliku u l-entitajiet tal-gvern fil-belt jużaw it-trasport pubbliku. Għalhekk jaf inaqqsu n-nies minn hemm biex imorru fuq trasport ġdid li dieħel fit-triq.
Fuq kollox ir-rapport għandhu l-maġġoranza tal-proposti tiegħu, jekk jistgħu jissejħu hekk, ikkupjati. Dan se jkun ikkonfermat f’analiżi li se tkun ippubblikata fil-ġurnal KullĦadd li saret fid-dettall fid-dawl li r-rapport kien għandna ferm qabel ġie ppubblikat.
Fuq kollox il-proposta ewlenija tant li tissemma fid-daħla ta’ simon Busuttil hija li jsir rapport strateġiku jekk il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-gvern.