Il-maltemp iġib miegħu l-inkwiet għal bosta persuni, fosthom dawk li għandhom għal qalbhom l-annimali. Meta maltempata tolqot il-gżejjer Maltin dlonk tilmaħ messaġġi fuq il-midja soċjali b’persuni juru t-tħassib tagħhom dwar l-annimali li jgħixu barra fit-toroq.
Għalkemm issib uħud li jgħażlu li ma jgħinux lil dawn l-annimali għax skonthom “iġibu l-ħmieġ” issib ħafna aktar persuni li jgħamlu l-ftit li jistgħu li għal dawn l-annimali tiswa ħafna.
Persuna fuq il-midja soċjali Facebook poġġiet ritratt ta’ ġest nobbli li għamlet persuna, fejn poġġiet dar ċkejkna magħmula mill-kartun fuq it-turġien tar-residenza tagħha – bl-istess dar tal-kartun tiġi mgħottija bil-plastik.
Żgur mhux forsi li dak il-qattus li daħal fil-kaxxa, hekk kif proprju jidher fir-ritratt, iħossu grat lejha – li f’temp ta’ ksieħ u maltemp jinsab għal kenn igawdi raqda tajba.