L-ogħla uffiċjali tad-Difiża Amerikani qalu illi l-progress li sar mit-Taliban biex jerġa’ jieħu l-kontroll tal-Afganistan imur lura fi Frar tal-2020, meta ġie ffirmat ftehim bejn l-eks President Amerikan Donald Trump u t-Taliban, f’dak imsejjaħ il-ftehim ta’ Doha.
Fl-istess ftehim kien hemm imniżżel id-data ta’ meta t-truppi Amerikani għandhom jirtiraw mill-Afganistan filwaqt li t-Talibani huma obbligati li jipprevjenu gruppi terroristiċi bħall Al-Qaeda milli jwettqu attakki fuq l-Amerika jew l-alleati tagħha.
Il-Ġeneral Frank McKenzie qal li dan il-ftehim immina l-Gvern u l-militar Afgani.
Intant, bil-ħatra tiegħu bħala President għall-Amerikan, Joe Biden kompla b’dan il-pjan ta’ rtirar, iżda estenda ż-żmien minn Mejju għall-aħħar ta’ Awwissu.