Donald Trump qal li l-ftehim ta’ Brexit ta’ Theresa May jista’ jkun ta’ theddida għall-ftehim ta’ negozju bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.
Il-President tal-Istati Uniti qal li l-ftehim ta’ tluq jidher li huwa ftehim mill-aqwa għall-Unjoni Ewropea, u jfisser li r-Renju Unit jista’ ma jkunx kapaċi jinnegozja mal-Istati Uniti.
Intant, Downing Street qalet li May tinsab lesta biex tiddefendi l-ftehim tagħha f’dibattitu televiżiv ma’ Jeremy Corbyn.
Sa issa qed ikun irrapurtat li d-dibattitu jista’ jsir fid-9 ta’ Diċembru, jiġifieri jumejn biss qabel il-vot parlamentari fuq il-ftehim ta’ May.