Il-Kap għan-negozjati fl-Unjoni Ewropea, Michel Barnier, jaħseb li il-ftehim dwar Brexit huwa diffiċili imma xorta possibbli li jintlaħaq din il-ġimgħa. Barnier qal li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom iridu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tad-dwana fl-Irlanda ta’ Fuq. U li qed jaħdmu dwar soluzzjoni li timplika li l-kontroll fuq il-merkanzija ssir barra mill-gżira tal-Irlanda u li b’xi mod timxi skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea.
Id-diskussjonijiet ilhom għadejjin minn nhar il-Ħadd li għadda, issa baqa’ jum wieħed biss sabiex iż-żewġ naħat jaqblu dwar il-verżjoni tal-ftehim li se jiġi ppreżentat u ffirmat mill-mexxejja Ewropej waqt is-summit tal-Kunsill Ewropew li se jitlaqqa’ nhar il-Ħamis li ġej.