L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ‘il bogħod milli jsibu ftehim wara li jintemm il-perjodu tranżitorju ta’ Brexit.
Dan hekk kif ma kien hemm l-ebda żviluppi matul il-ġurnata tal-Erbgħa.
Fi Brussell, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johson u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen ma sabux triq ‘il quddiem.
Iż-żewġ mexxejja qablu li l-futur wara Brexit se jkun deċiż sa nhar il-Ħadd li ġej.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li waqt laqgħa, iż-żewġ naħat spjegaw il-pożizzjonijiet tagħhom, iżda l-ftehim għadu ‘l bogħod.
In-negozjati bejn iż-żewġ pajjiżi se jkomplu matul il-ġurnata tal-Ħamis, hekk kif in-negozjatur ewlieni għall-Unjoni Ewropea Michel Barnier u l-uffiċjal Ingliż David Frost se jkomplu jiddiskutu.