Illejla fit-20:00, Les Bleus li huma ċ-champions tad-dinja renjanti, se jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom fi Grupp D, kontra l-Awstralja. Għaldaqstant se jagħmlu minn kollox biex ikissru s-saħta li għaddew minnha l-pajjiżi rebbieħa mill-2010 l’hawn. Il-biża li jinqalgħu mill-fażi tal-gruppi, bħalma kien ġralhom l-istess Franċiżi fl-edizzjoni tal-2002 wara li kienu rebħu t-titlu għall-ewwel darba fl-1998.
Fi kliem id-difensur Theo Hernandez, il-logħba tal-lejla se tkun waħda diffiċli bħalma kienet dik ta’ erba’ snin ilu, mirbuħa mill-Franċiżi 2-1.
Għall-Awstraljani din se tkun il-ħames darba konsekuttiva li se jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja. Wara li kkwalifikaw meta għelbu lil Peru bil-penalties, l-Awstraljani għandhom pressjoni u stennija kbira fil-grupp li qegħdin fih.
Ritratt: FIFA