Il-poplu Franċiż mistenni jipparteċipa f’elezzjoni hekk imsejħa ‘primary’ biex jagħżlu kandidat lemini-ċentrali biex joħroġ għall-elezzjoni presidenzjali li jmiss is-sena d-dieħla.
Seba’ kandidati qed jikkompetu biex jirrapreżentaw il-Partit Repubblikan fi Franza.
Fost dawn hemm l-ex President Nicolas Sarkozy.
Ir-rebbieħ ta’ din il-‘primary’ jidher li huwa assigurat li jkun parti mit-tellieqa presidenzjali fejn jaffaċċja lil mexxeja tal-lemin estrem, Marine le pen.