Kull min irid jilħaq l-ogħla quċċata tal-Ewropa, il-Mont Blanc, jista’ jkun li dalwaqt ikollu jpoġġi depożitu ta’ €15,000 biex ikopri spejjeż ta’ salvataġġ u funeral.
Dan skont proposta imħabbra minn sindku lokali, li xeba b’dak li qed isejjaħlu disprezz ta’ dawk li jridu jilħqu il-quċċata. Jean-Marc Peillex, sindku tal-belt Franċiża Saint-Gervias-les-Bains, qal li wisq nies bla kwalifiċi qed jilagħbu b’ħajjithom fuq il-muntanji, fejn it-temp sħun riċenti qed għamel il-kundizzjonijiet aktar diffiċli u qarrieqa.
“Il-muniċipalità ta ‘Saint-Gervais qed tippjana li tieħu miżuri adattati għall-irresponsabilità ta’ xi wħud. Ir-riskji ta’ dawn in-nies qed iwasslu għal wisq eżerċizzji ta’ salvataġġ,” qal Peillex.
Skont is-sindku, id-depożitu ta’ €15,000 jikkorrispondi għall-ispiża medja ta’ salvataġġ (€10,000) u għall-ispejjeż tal-funeral ta’ vittma (€5,000).
“Huwa inaċċettabbli li huma l-Franċiżi li jġorru dawn l-ispejjeż,” qal Peillex, u żied li dawk li jagħmlu t-telgħa issa jagħmlu dan “bil-mewt fil-backpack tagħhom.”