44 tifel u tifla ngħataw aktar stabbiltà f’ħajjithom wara bidliet fil-liġi.
Bħalissa f’pajjiżna hawn 251 tifel u tifla ġol-fostering għand total ta’ 270 familja.
Dan qalu l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti, waqt konferenza li matulha ġie mniedi hotline ġdid, 1778, immirat għal dawk il-familji li jixtiequ jiffosterjaw tifel jew tifla.
Grixti spjega li minkejja dan, bħalissa xorta hemm madwar 250 tifel u tifla oħra li qed jgħixu f’residenzi tat-tfal.
Fl-istess konferenza qal l-esperjenza tiegħu Julian Calleja, ġuvni li għex tfulitu għand tliet familji waqt li kien fostered.
Qal, “L-esperjenza tal-fostering lili tatni direzzjoni, ħajja, enerġija, ma nistax nimmaġna ħajti mingħajrha.”
Huwa tkellem ukoll dwar sfidi li jaffaċċjaw tfal bħalu li kienu akbar fl-età.
Qal, “Kemm kienet diffiċli at that point li int tiġi fostered ta’ eta mhux tarbija, llum inbidlet kif semiet fil-konferenza u allura nħossni lucky ħafna, ħafna.”
Mistoqsi dwar x’kien ikun l-akbar tħassib tiegħu waqt li kien fostered, Calleja tenna li hija l-inċertezza.
Spjega, “Diffiċli għalihom l-inbetween. Inti għaljkemm il-fostering it’s promoted in a way li inti terġa tmur mal-familja bioloġika, jekk hemm iċ-ċans hekk għandu jkun, l-uncertanties tat-tfal hija diffiċli qed tifhem?”
Meta mistoqsi dwar x’jaħseb li għandu jsir aktar f’dan is-settur, Calleja kien skjett.
Qal, “Ma nagħtix pariri għax tant qed isiru affarijiet, kuluri ta’ ħajja u enerġija li jridu jagħmlu dan is-servizz possibbli I think they are on the right track”
Min-naħa tiegħu, l-Ministru għall-Familja Michael Falzon tenna l-impenn tal-Gvern għal dan is-settur.
Qal, “Nemmnu fil-fostering, li għamilna tul l-aħħar 4 snin investejna ħafna u dawk il-familji li jixtiequ jifosterjaw jiġu ‘l quddiem u huwa importsnti li jsibu post sigur u partikolarment għaliex le lit-tfal ambjent ta’ foster carers”