Matul il-lejl li għadda d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni naddfet iż-żona tal-Belt u l-Furjana.
Jidher li nġabar rekord ta’ skart ta’ aktar minn 19-il tunellata wara l-kunċert tal-Isle of MTV.
Dan wara li numru kbir ta’ nies attendew għal dan il-kunċert.
Id-Direttur għad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzzjoni, Ramon Deguara, fisser dan bħala “rekord assolut”. Waqt ta ħajr lill-ħaddiema kollha li kellhom lejl iebes ta’ ħidma biex reġgħu ġabu z-zona tal-Furjana u l-Belt nodfa tazza.