Kollox jinsab lest biex il-Fosos jinbidel f’baħar aħmar u jilqa’ fih l-eluf għall-mass meeting tal-Partit Laburista. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat se jkun qed jagħmel l-indirizz tiegħu u se jkun qed jindirizza dan il-mass-meeting ukoll il-Mexxej tal-Partit Demokratiku fl-Italja Matteo Renzi.
Il-pre-party li se jibda fl-16.00, se jinkludi l-aqwa mużika kummerċjali u ideali sabiex jitqajjem il-briju u l-atmosfera ta’ ċelebrazzjoni fil-mass meeting.
Se jkunu qed janimaw l-ispettakklu d-DJS: Alvin Gee, Ziggy, Joseph Armani, JJoy, Ryan Spiteri u Darren Lynch. Id-diskorsi se jibdew fis-18.00 u wara fuq il-Fosos se jkun qed isir ukoll after-party minn Dj Lio u Dj James G.
Il-preżentaturi għal darb’oħra se jkunu Clint Bajada, Alfred Zammit u Joe Tanti.