Il-forzi Ukreni reġgħu ħadu l-kontroll tal-belt ta’ Pripyat, belt li ilha abbandunata għal snin twal wara d-diżastru nukleari ta’ Chernobyl fl-1986.
Il-Forzi Armati tal-Ukrajna ppubblikaw ritratt ta’ suldat jerfa’ bandiera tal-Ukrajna quddiem l-impjant nukleari ta’ Chernobyl.
Il-forzi Russi attakkaw dan l-impjant fil-bidu tal-invażjoni iżda din il-ġimgħa huma uffiċjalment taw lura l-kontroll lill-Ukreni.
Il-kumpanija tal-enerġija statali tal-Ukrajna allegat li r-Russja rtirat it-truppi tagħha wara li s-suldati Russi mardu żona kontaminata ta’ din il-belt.