Il-Forzi Russi jappellaw biex l-Ukreni maqubda f’impjant f’Sievierodonetsk iniżlu l-armi u jirtiraw hekk kif f’din il-parti tal-Ukrajna qegħdin jiħraxu l-attakki Russi.
Sadanittant, l-Ukreni komplew bl-appell tagħhom lill-Punent sabiex jkomplu jingħataw aktar armi, b’dan mistenni jiġi diskuss minn diversi Ministri għad-Difiża tal-istati fi ħdan in-NATO fi Brussell.
Skont ċifri, bħalissa hemm aktar minn ħames mitt persuna maqbuda fl-impjant ta’ Azot, li ilu taħt attakk qalil u kisser il-maġġoranza ta’ Sievierodonetsk.
Bosta huma dawk li qegħdin iqabblu dan l-attakk ma’ dak tal-impjant tal-ħadid Azovstal fil-belt ta’ Mariupol madwar xahar ilu. Hawnhekk, dawk li kienu ċedew għal pressjoni Russa ġew arrestati mir-Russi stess.
Bħalissa huwa stmat li qed jinqatlu medja ta’ bejn mija u mitejn suldat Ukren kuljum.