Il-forzi tal-Iraq qalu li ħatfu taħt idejhom Hawija, waħda mill-aħħar postijiet okkupati mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku. Fil-jum tal-Erbgħa kienu qalu li qatlu mija sitta u disgħin militant tal-Istat Iżlamiku u ħatfu tmienja u disgħin villaġġ.
Iż-żona kienet taħt il-kontroll tal-grupp tal-militanti mill-elfejn u erbatax. B’hekk, issa fadal żona waħda fl-Iraq li għadha f’idejn l-Istat Iżlamiku: firxa t’ art fil-Punent fil-fruntiera mas-Sirja.