L-Akkademja Ewropea tal-Piloti tilfet kawża li fetħet lill-Forzi Armati ta’ Malta wara li ma rebħitx kuntratt biex tħarreġ lis-suldati piloti Maltin.
Fil-bidu tas-sena, id-Direttur tal-Kuntratti approva li jibdew negozjati ma’ The Malta School of Flying u mal-Akkademja Ewropea tal-Piloti.
The Malta School of flying ingħatat il-kuntratt biex tħarreġ lill-bdoti tal-Armata.
Madankollu l-Akkademja Ewropea tal-Piloti argumentat li minkejja li kienet infurmata b’din id-deċiżjoni hija ma setgħetx tappellaha.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti nnutat li l-Armata mxiet bi trasparenza matul in-negozjati kollha u għażlu li jkomplu n-negozjati mal-kumpanija rebbieħa minħabba li l-valur tal-offerta tagħha kienet aħjar minn dik tal-Akkademja Ewropea.