Beda l-vjaġġ tiegħu f’din id-dinja jumejn ilu, meta twieled fi xtajta Libjana.
Minnufih, fi ftit sigħat, sab ruħu fuq dinghi f’nofs il-Mediterran.
U fl-età ta’ jumejn wasal Malta permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, u ingħata l-għajnuna medika fl-Isptar Mater Dei.
Fil-fatt, kmieni s-Sibt filgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw lil Sam ta’ jumejn, li flimkien ma’ ommu.
L-evakwazzjoni medika saret 57 mil nawtiku ‘l bogħod minn Malta fejn it-tarbija ddaħħlet Malta flimkien ma’ ommha ta’ 23 sena b’ħelikopter, fejn minnufih ittieħdu l-isptar Mater Dei biex it-tarbija tingħata l-kura meħtieġa.
Fuq Facebook, l-għaqda mhux governattiva Open Arms spjegat li l-mara welldet lil binha fi xtajta fil-Libja, u fi ftit sigħat kienet fuq dinghi fil-Mediterran.
Dinghi li sab lil tal-Open Arms, li salvawhom, biex fi ftit sigħat ġabru l-immigranti minn minn tal-inqas tliet dgħajjes, u għabbew iktar minn tliet mitt immigrant.