Fl-aħħar sigħat, RCC Malta kienet involuta f’operazzjoni ta’ salvataġġ fir-reġjun Malti.
RCC Malta talbet l-għajnuna tal-FRONTEX li kienet fil-viċinanzi tal-ibħra Maltin. OPV Fastnet Sentinel talbet l-għajnuna hekk kif żewġ immigranti kellhom bżonn attenzjoni medika.
Il-ħelikopter tal-Fori Armati ta’ Malta AW139, immedjatament mar fiż-żona sabiex jinġiebu f’pajjiżna żewġ immigranti. Kmieni dalgħodu l-immigranti ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.
Flimkien maż-żewġ immigranti, iddaħlu f’pajjiżna seba’ katavri li ma rnexxilhomx jaqsmu il-baħar Mediterran bit-tama li jsibu ħajja aħjar.