Fost dawk salvati fil-Mediterran fl-aħħar ħin hemm kelb li jinsab fi triqtu lejn pajjiżna wara operazzjoni delikata ta’ salvataġġ.
Ikkonferma dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet fejn qal li l-Kelb kien salvat mill-bastiment Aquarius mill-Forzi Armati Maltin.
It-58 immigrant abbord se jaslu Malta fil-ħin li ġej u minnfuih jibda l-proċess biex dawn jitqassmu bejn erba’ pajjiżi. Ħadd minn dawn l-immigranti mhu se jibqa’ pajjiżna.
Rescued in the #Mediterranean pic.twitter.com/so3SJVDM6U
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 30, 2018
Il-Kelb ittieħed ukoll fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal Luqa biex ikun eżaminat minn vet.
Migrant #dog just arrived at the small animal quarantine section in Luqa. VETs currently examining this pretty dog | vaccines & treatments will follow – CC @JosephMuscat_JM @dr_micfarr @MaltaGov pic.twitter.com/4XLznDGcL9
— Clint Camilleri (@Clint_Camilleri) September 30, 2018