Il-Forzi Armati ta’ Malta kkordinaw operazzjoni fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija li kienet tinvolvi grupp ta’ 120 immigrant li spiċċaw il-baħar wara li bdiet tegħreq id-dgħajsa li kienu fuqha.
Stqarrija tal-Armata qalet li l-immigranti tgħabbew fuq il-P52 u jinsabu fi triqtihom lejn Malta. Dan wara li ġew interċettati waqt ronda li kienet qiegħda tagħmel fl-ibħra Maltin.