Matul dawn l-aħħar ġimgħat id-domanda għad-demm żdiedet. Wara li ftit ġimgħat ilu, il-Forum Żgħażagħ Laburisti ingħaqad mal-kumplament tad-dinja fil-kampanja ‘Missing Type’, li matulha kumpaniji u organizazzjonijiet kienu mħeġġa jneħħu l-Ittri A, B, O mil-logos tagħhom, għada s-Sibt 17 ta’ Settembru 2016 fis-13:30, l-FŻL sejkun qed jagħmel blood drive bit-tema ‘Every Drop Counts’.
Din l-inizjattiva se tkun qed issir wara l-ewwel training workshop li l-fergħa taż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit Laburista qiegħed jorganizza għall-membri tiegħu, bit-tema, ‘Taħriġ 2016’. Kull min hu f’saħħtu, jista’ u interessat li jagħti d-demm u jkun parti mill-Kampanja tal-FŻL ‘Every Drop Counts’ ma’ dan it-team ta’ żgħażagħ quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm, Gwardamangia, fejn l-Isptar San Luqa. Importanti li biex tagħti d-demm tippreżenta l-karta tal-Identità.