“Illum erġajt ivvotajt kontra l-maġġoranza tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta li l-fondi li konna vvutajna għall-familji u n-negozji, jispiċċaw jintuzaw minflok għall-armi militari” qal il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer waqt il-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
Engerer saħaq li filwaqt li l-Ukranja għandha d-dritt tiddefendi lilha nnifisha mill-invażjoni Russa, il-fondi li ħloqna biex jgħinu liċ-ċittadini bħala rkupru mill-pandemija għandhom jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom.
“Iva, l-Ukranja għandha dritt tiddefendi lilha nnifisha, iżda ma naqbel qatt li l-fondi għall-irkupru ekonomiku wara l-pandemija li tant huma importanti għall-familji u negozji Maltin u Ewropej, jintużaw minflok għall-irkupru biex jiġu manifatturati u mibgħuta armamenti tal-gwerra”, saħaq Engerer.
Engerer ikkonkluda billi qal li hu Importanti li l-Ukranja tirbaħ lura l-art li ttieħditilha, imma l-familji u n-negozji Ewropej għaddew ninn sfidi kbar għal tliet snin – “ma nistgħux ninsewhom”, ikkonkluda Engerer.