Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tagħmel referenza għat-tnedija ta’ sett ta’ muniti u bolol mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Maltapost rispettivament fl-okkażjoni ta’ Valletta 2018, ‘Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura’.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tiddikjara li fl-ebda ħin ma’ ntalbet l-awtorizzazzjoni għall-istampar ta’ dan is-sett ta’ bolol u l-produzzjoni tal-muniti.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018, filwaqt li tesprimi d-diżappunt u d-dispjaċir għal dan in-nuqqas ta’ etika minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet li suppost jafu biżejjed kif timxi l-proċedura f’okkażjonijiet bħal dawn, qed tirriserva kull dritt legali fil-konfront tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Maltapost fuq dan il-każ.