Il-fondazzjoni ta’ karità tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump aċċettat li tagħlaq, hekk kif għaddejjin allegazzjonijiet li Trump u nies oħra użaw il-fondi b’mod ħazin.
Dan il-pass tħabbar mill-Avukat Ġenerali ta’ New York Barbara Underwood, li se tissorvelja d-distribuzzjoni tal-flus li fadal.
Hija akkużat lil Trump u lil tlieta mit-tfal tiegħu li użaw il-fondazzjoni għal gwadann privat u politiku tagħhom.
L-avukat tal-fondazzjoni akkuża lil Underwood li qed tipprova tippolitiċizza il-kwistjoni.