Il-klabb tal-futbol ta’ Vittoriosa Stars irċieva donazzjoni ta’ sitt elef ewro mill-Fondazzjoni Spiro Mizzi. Il-Fundatur Maurice Mizzi sostna li donazzjonijiet fil-komunità tal-Kottonera dejjem ikunu ġejjin minn qalbu.
Huwa ftakar fl-għeruq tiegħu u tal-familja tiegħu f’din il-belt storika: “Missieri huwa mill-Birgu, ommi mill-Isla, allura importanti li aħna nħossuna parti mill-Kottonera. Aħna qabel il-Gwerra fin-1918 kienet l-aqwa post fejn tgħix.”
Spjega wkoll kif minkejja li l-familja tiegħu bidlet ir-residenza tagħha għal diversi drabi, il-Birgu dejjem baqa’ f’qalbu.
Il-Viċi President tal-Vittoriosa Stars, Lawerence Seychell stqarr kif il-Kottonera kollha hija grata għad-diversi donazzjonijiet mill-fondazzjoni.
Huwa qalilna, “Kull donazzjoni hija importantissima għall-klabb tagħna. Il-problema hi li ftit ikollna bħalhom dawn, imma dawn huma flus li jgħinuna ħafna ħafna bħala klabb.”