Il-Fondazzjoni Melita qed tappoġġja The Wellness Pod, inizjattiva tal-Fondazzjoni Karl Vella, li toffri sitt programmi varjati għat-tfal li jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet fejn membru tal-familja tagħhom jimrad serjament jew imut.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Wellness Pod, li taħseb għal tfal ta’ etajiet differenti, minn sfondi differenti, u bi bżonnijiet differenti tistinka biex iżżomm sens ta’ kontinwità f’sitwazzjonijiet diffiċli.
Il-Fondazzjoni Karl Vella twaqqfet fl-2014 u toffri appoġġ edukattiv u psikoloġiku b’xejn lit-tfal li jħabbtu wiċċhom ma’ mard jew telf fil-familja tagħhom.
L-appoġġ jinkludi terapija personali u programmi fi gruppi li jgħinu lit-tfal jinteraġixxu. Sa mill-ftuħ, il-Fondazzjoni għenet aktar minn 200 tifel u tifla.