Fix-Xahar Dinji tal-Awtiżmu, il-Fondazzjoni Marigold ingħaqdet mal-bqija tal-komunità internazzjonali tal-awtiżmu u l-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri tat-Tfal bl-Awtiżmu f’ċerimonja simbolika fil-Belt Valletta biex jimmarkaw din l-okkażjoni.
Għal dan il-għan inxtegħlet il-faċċata tal-Ministeru tal-Politika Soċjali.
It-tema tal-kampanja Ewropea għal din is-sena hi “Mhux Inviżibbli”.
Waqt li indirizzat l-attività fil-Belt, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat qalet li ntagħżlet Triq ir-Repubblika, għax bħala t-triq prinċipali fil-kapitali, mhux biss hi viżibbli sew, iżda kapaċi tkun storbjuża u mimlija attività u allura mhux l-ispazju ideali għal nies bl-awtiżmu.
Għalqdaqstant l-importantza tal-preżenzau f’dan l-ispazju biex jiġi emfasizzat il-fatt li ma nistgħux inħallu parti mis-soċjetà tagħna li tibqa’ inviżibbli.