Imwaqqfa fl-2017 minn Greg Nasmyth u Samantha Rowe-Beddoe, il-Fondazzjoni Jarhead Young Sailors evolviet f’inizjattiva trasformattiva, li toffri lil bosta żgħażagħ l-opportunità li jesperjenzaw l-emozzjonijiet u l-isfidi tal-ibburdjar. Mill-bidu tagħha, il-Fondazzjoni kisbet bosta suċċessi memorabbli, u għal dan il-għan, saret Lejla tal-Premjijiet li għaqqdet flimkine parteċipanti, sponsors, u sostenituri biex jiċċelebraw dawn l-kisbiet.
Il-lejla kienet tiffoka fuq l-impatt tal-Fondazzjoni lejn l-għoti ta’ setgħa liż- żgħażagħ u l-ħolqien ta’ mħabba lejn dan l-isport, waqt li tfaħħar l-isforzi ta’ dawk li appoġġjaw il-missjoni tagħha.
“Il-missjoni tal-Fondazzjoni hija sempliċi imma waħda b’saħħita: dik li tagħmel l-ibburdjar aċċessibbli għal dawk li forsi ma jkollhomx opportunitajiet oħrajn, bħal dawk li huma ġodda f’dan l-isport,” spjega Greg Nasmyth, ko-fundatur tal-Fondazzjoni Jarhead Young Sailors. “Mill-bidu tagħha, il-Fondazzjoni ħadmet bla waqfien biex tneħħi l-ostakli li wieħed seta jsib fl-isport tal-ibburdjar u biex tiżgura li kull min għandu passjoni għall-baħar ikollu l-opportunita li jesperjenza din il-passjoni.”
Permezz tal-programmi tagħha għall-iskejjel, iddisinjati biex jintroduċu żgħażagħ fid-dinja tal-ibburjdar, il-Fondazzjoni saret forza ta’ inklużività f’dan l-isport. L-isforzi tal-Fondazzjoni mhux biss ipprovdew aċċess għall-ibburjdar, iżda wkoll rawmu ħiliet tal-ħajja siewja bħal l-importanza li wieħed jaħdem f’tim, ir-reżiljenza, u d-dixxiplina.
Matul is-snin, il-Fondazzjoni mhux biss fetħet il-bibien għal dan l-isport iżda ġabet ukoll opportunitajiet straordinarji lejn ix-xtut Maltin, inkluż iż-żjara tal-jott ikonika Maiden u l-ekwipaġġ tagħha magħmul kollu minn nisa, avveniment li ispirat ħafna żgħażagħ li jixtiequ jsiru baħħara.
Barra minn hekk, il-Fondazzjoni kitbet storja billi ġabet lil Nikki Henderson – baħħara famuża li kitbet isimha fl-istroja – biex tmexxi l-ewwel ekwipaġġ kompletament femminili fuq dgħajsa Maltija fir-Rolex Middle Sea Race. Dawn il-mumenti storiċi kkontribwew b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ ħiliet fost wħud mill-aqwa baħħara ta’ Malta, u kkonfermaw ir-reputazzjoni tal-Fondazzjoni bħala attur ewlieni fil-ħolqien ta’ eċċellenza u inklużività f’dan l-isport.
Il-programmi tal-iżvilupp tal-ibburjdar tal-Fondazzjoni bdew dan l-aħħar jagħtu riżultati tajbin, b’ekwipaġġi tagħha jikseb suċċessi straordinarji f’tlielaq prestiġjużi. Fl-2024, JYS Jan, immexxi minn Claudio Bugeja, kiseb it-tieni post pendenti fl-ORC Class 6 fir-Rolex Middle Sea Race. Fl-istess waqt, kemm JYS Jan kif ukoll Jarhead għamlu prestazzjonijiet b’saħħithom, bilkemm jitilfu postijiet fuq il-podju fil-kategorija IRC.
Is-serata tal-premjijiet kienet appoġġjata minn MMH Malta Limited, Pharma.MT Ltd, Camilleri Marine, Heritage Malta, Adam’s Fish Shop, Goodear Entertainment, Philippe Martinet Fine Wines, u Yachting Malta.
Premjijiet tal-Fondazzjoni Jarhead Young Sailors
- Best Sailor Award RMSR 2017 (JYS Jarhead): Zach Zammit
- Best Sailor Award RMSR 2018 (JYS Jarhead): Karl Miggiani
- Best Sailor Award RMSR & Fastnet 2019 (JYS JAN): Emilie Gregory
- Best Sailor Award RMSR 2019 (JYS Jarhead): Alex Siegler
- Best Sailor Award RMSR 2020 (JYS Jarhead): Emilie Gregory
- Best Sailor Award RMSR 2021 (JYS JAN): Patrice Pace
- Best Sailor Award RMSR 2021 (JYS Jarhead): Sean Valentino
- Best Sailor Award RMSR 2022 (JYS Jarhead): Gary Mercieca
- Best Sailor Award RMSR 2022 (JYS JAN): Andrea Vella
- Best Sailor Award RMSR 2023 (JYS JAN): Jake Mallia
- Best Sailor Award RMSR 2024 (JYS Jarhead): Pippa Bartolo Parnis
- Best Sailor Award RMSR 2024 (JYS JAN): Dimitrios Vertsonis
Premjijiet Speċjali
- JYSF Star Skipper Award Schools Programme: Sven Reyckers, Jacques Savona, Thomas Stephen Kemp
- JYSF Star Skipper Award RMSR 2017-2019-2021: Richard Nicholson
- JYSF Star Skipper Award RMSR 2021-2022: Matthew Farrugia
- JYSF Star Skipper Award RMSR 2023-2024: Claudio Bugeja
- JYSF Star Brothers Award: Saul & Isaac Vassallo
- JYSF Star Commitment & Consistency Award: Emma Borg
- JYSF Star Most Miles Raced Award (2023/2024): Paolo Fortugno Farrugia
- JYSF Schools Program Star Commitment Award: Caiden Parascandolo
- JYSF Schools Program Star Young Sailor Award: Dunstin Gauci, Luke Portelli