Fid-dawl ta’ bosta ħsarat li saru kawża tal-maltemp qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin bejn ilbieraħ u llum, il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, entità li taqa’ taħt il-Ministeru għat-Turiżmu, ħadu ħsieb illum il-Ħadd, li jassistu entitajiet oħra f’bosta siti turistiċi li ġarrbu ħsarat u jevitaw perikli għas-sewwieqa u l-pubbliku inġenerali.
Ħsarat jinkludu; fanali tad-dwal, tabelli, siġar, tappieri, ħbula tal-baħar u oħrajn. L-istess Fondazzjoni ser tkompli dan ix-xogħol fil-ġranet li ġejjin sabiex toffri l-assitenza u r-riparazzjoni neċessarja f’dawn is-siti.
Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi ilha matul dawn l-aħħar sentejn tagħmel bosta xogħol ta’ tisbieħ fil-lokalitajiet turistiċi sabiex titjieb id-dehera u l-kwalità taż-żoni ffrekwentati mit-turistċi u l-Maltin.
Nistednukom sabiex iżuru l-paġna fuq Facebook https://www.facebook.com/ftzdmalta/ biex isegwu x-xogħol li qed tagħmel din l-istess Fondazzjoni, filwaqt li jkunu tistgħu ukoll tirrappurtaw ħsarat u tagħtu wkoll suġġerimenti oħra.