Dalgħodu fiż-żona industrijali tal-Mrieħel il-Ministru Chris Cardona ħabbar il-pass li jmiss għal din iż-żona. Spjega li dan il-post tiġa jista jikkwalifika għal Central Buisness District madankollu spjega li s-sitwazzjoni tal-Imrieħel tal-llum il-ġurnata, hija waħda sinonima ma’ toroq ħżiena, konġestjoni u kaos ta’ kuljum.
L-Imrieħel huwa post strateġiku minħabba l-pożizzjoni geografika tiegħu madankollu din toffri wkoll sfidi minħabba li din iż-żona għandha konfini ma tliet ibliet differenti.
F’din iż-żona jaħdmu madwar sitt elef ruħ ġo 250 negozju differenti. Minkejja li dawn in-negozji kollha jinvestu sabiex jirranġaw iż-żona ta’ fejn jinsabu huma, sa issa ma hemx pjan ħolistiku għaż-żona għalekk il-Gvern irid jagħmel revitalizzazjoni ta’ din iż-żona sabiex ikomplu jinħolqu aktar opportunitajiet kummerċjali ġodda. Cardona stqarr li l-Imrieħel jeħtieġ viżjoni għad-deċennju li ġej u lil hinn.
Cardona spjega li fil-Fondazzjoni għall-Imrieħel qed tiġi implimentata l-mudell ta’ public private partnership. Spjega li s-settur privat laqa’ tajjeb din il-Fondazzjoni u minn tmintax il-intrapriża membru żdiedu għal tletin fi spazju ta’ ftit xhur. Il-Gvern iffoka fuq numru ta’ prioritajiet fosthom proġett pilota dwar ġbir ta’ skart fiż-żona. Saret kampanja ta’ tindif fejn fiha inġabru aktar minn mija u ħamsin tunellata ta’ skart. Il-Gvern flimkien mal-Privat se jkun qed jirranġa numru ta’ toroq fiż-żona kif ukoll tiġi installata sistema ġdida ta’ dawl tat-toroq.
Semma wkoll kif il-Gvern għamel impenji finanzjarji kbar lejn l-Imrieħel inkluż allokazzjoni diretta tal-baġit, u kontribut addizzjonali għall-ispiża tal-amministrazzjoni ta’ tali entità. Cardona qal li l-Gvern waħdu, jew l-operaturi waħedhom ma jistgħux isolvu l-problemi ta’ din iż-żona. Cardona għalaq billi qal li l-pass li jmiss huwa ta’ infurzar tar-regoli u r-regolamenti, titjib tal-aċċessibilità, sabiex jitħeġġeġ il-qasam tal-intraprenditorija u l-professjonaliżmu fiż-żona.