Il-flus li ġabret l-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali minn ċitazzjonijiet qed jingħataw lura lill-komunità.
B’total ta’ miljun ewro, minn dawn il-fondi, €600,000 tqassmu lill-Kunsill Lokali kollha biex jirranġaw t-toroq tal-lokal, €300,000 ingħataw lil reġjuni lokali għal attivitajiet kulturali u €100,000 ngħataw lil Teatru Malta biex tagħmel proġetti kulturali fil-lokalitajiet.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo.
Tul dawn l-aħħar xhur il-LESA neħħiet il-quota li kellhom l-gwardjani fejn qabel kull ġurnata kellhom jagħtu ammont ta’ multi biex jilħqu l-quota tagħhom. L-għan tal-LESA huwa li teduka liċ-ċittadini.