Il-flokkijiet bin-numru tletin ta’ Messi qed jinbiegħu bħall-pastizzi f’Pariġi.
Lionel Messi ngħaqad mat-tim ta’ Paris Saint-Germain għal sentejn.
Huwa ffirma l-kuntratt mal-President tal-klabb Nasser Al-Khelaifi.
Il-President tal-klabb qal li Pariġi tilqa’ bil-ferħ lil Messi u lil familtu.
Messi kien lest iġedded il-kuntratt ma’ Barcelona iżda intoppi dwar il-kuntratt wassluh itemm wieħed u għoxrin sena ta’ karriera fil-futbol fil-belt Katalana.
Huwa ħa n-numru tletin, l-istess numru li kellu meta lagħab għall-ewwel darba ma’ Barcelona.