Fir-ritratt jidhru fliexken tal-plastic miksija bit-tape li ntużaw mit-terroristi li wettqu attakk f’Londra, biex joħolqu terrur akbar. Huma riedu jġiegħlu lin-nies jemmnu li dawn kienu splussivi u li jekk xi ħadd se jispara lejhom se jisplodu.
Iżda din ma kinitx l-unika teorija li ħarġu biha l-Pulizija, dan hekk kif setgħu għamlu dawn il-fliexken b’dan il-mod biex jipproteġu lilhom infushom mill-isparaturi.
Dan juri l-kuraġġ li kellhom l-uffiċjali tal-Pulizija u n-nies li minkejja li raw dawk li ħasbu li kienu splussivi xorta waħda għamlu dak kollu li setgħu biex iwaqqfu lit-terroristi. Dan minkejja l-biża li jekk wieħed jispara fuq dawn l-‘isplussivi’ jispiċċa f’nofs splużjoni.
It-terroristi kienu qed jippjanaw ukoll attakk ferm akbar.