“Kuljum, bħal dan il-jum, kien iġibli fl-fjuri…illum għandi l-fjuri tal-funeral”.
Ħsieb li qasmet magħna u fuq Facebook Lynn Zahra, li ftit jiem wara mewt l-eks Ministru Joe Grima, qed tħoss it-telfa tiegħu. Bħal kull okkażjoni oħra, jum bħal llum ifisser ferħ għal uħud u dwejjaq għal oħrajn.
Għalhekk l-appell hu biex wieħed ikun sensittiv u jikkonsidra kollox. Ftit solidarjetà hija turija ta’ imħabba wkoll.