Il-Finlandja ħabbret li se tapplika sabiex tissieħeb man-NATO malajr kemm jista jkun, filwaqt li l-Iżvezja se ssegwi l-passi tagħha.
Dan qed isir wara tħassib dwar l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Fil-fatt, dan il-pass se jkun qed ifisser alleanza militari akbar tal-pajjiżi tal-Punent.
Din id-deċiżjoni, li dawn iż-żewġ pajjiżi Nordiċi jabbandunaw in-newtralità li żammew matul il-Gwerra Bierda, hija waħda mill-akbar bidliet fis-sigurtà Ewropea f’numru ta’ snin.
Il-President u l-Prim Ministru tal-Finlandja ħarġu stqarrija konġunta fejn saħqu kif iridu li d-deċiżjoni ta’ sħubija man-NATO titieħed fil-jiem li ġejjin.
Il-Finlandja u l-Iżvezja huma l-akbar żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li kien baqgħu barra min-NATO.