Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2022 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. Il-membri tal-ġurija semgħu 40 kanzunetta kantati live u li ġew magħżula minn 131 kanzunetta li ġew sottomessi għal din l-edizzjoni. Il-ġurija tas-semifinali kienet komposta minn Dorothy Bezzina, Frank O’Neill, Johnston Farrugia (Hooli), Michael Spagnol u Tony Micallef. In-nutar Paul Callus ikkonferma ir-riżultati f’kull stadju.
Dawn huma l-kanzunetti finalisti tas-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-30 ta’ Lulju 2022 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.
Il-Kanzunetti finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2022, f’ordni alfabetika huma:
Bejn il-Ħbieb – Graziana Axisa (Kevin Tanti, Chan Vella)
Festa tal-Kartapesta – Daniel Sammut (Alfred C.Sant, David Joseph Sammut)
Fil-Kexxun – Alexia Micallef (Lon Kirkop)
Ħelu Manna – MARA (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
Il-Ħuta l-Kbira – Sarah Micallef Muscat (Rita Pace, Augusto Cardinali)
Illejla – Neville Refalo (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
Intbaħt – Ryan Grech (Ryan Grech, Ryan Grech u Matteo Depares)
Ismi – Marija Bellia (Iona Dalli u Marija Bellia)
Klikk – Dominic Cini (Etienne Micallef, Dominic Cini)
Kont Barrani – Martina Fenech u Esther Spiteri (Etienne Micallef, Mark Spiteri Lucas)
Ma’ Kull Sekonda – Karen DeBattista u Dan (Paul Ellul, Karen DeBattista)
Mhux Biċ-Ċajt! – Rita Pace u Tikka Banda (Rita Pace, Luke Vella)
Mr X – Philip Vella (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
Qalb ta’ Qalbi – Mark Spiteri Lucas (Mark Spiteri Lucas)
U Ijwa – Eliana Gomez Blanco (Etienne Micallef, Eliana Gomez Blanco)
Xemgħa – Mireille Rose Borg (Philip Vella)
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.