Il-UEFA lbieraħ filgħaxija kkonfermat li l-finali tal-akbar żewġ kompetizzjonijiet Ewropej, il-UEFA Champions League u l-UEFA Ewropa League ġew posposti minħaba l-kriżi tal-Coronavirus. Anke l-finali tan-nisa tal-UEFA Champions League ġiet posposta għal stess raġuni.
Il-finali kollha kienu skedati għal Mejju.
S’issa l-UEFA għada ma ħabritx id-dati l-ġodda ta’ meta ser jkomplu l-kompetizzjonijiet u d-dati tal-finali tal-kompetizzjonijiet imsemmija.