Kollox jinsab lest għall-finali tal-futbol tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej, fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, bejn Birkirkara FC u Hibernians.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn ingħataw id-dettalji tal-logħba, ġie spjegat li l-bibien se jkunu qed jinfetħu fl-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar hekk kif se jkun qed isir spettaklu minn diversi kantanti lokali.
Għalkemm Birkirkara assiguraw posthom fil-kompetizzjoni internazzjonali tal-conference league aktar kmieni matul dan l-istaġun, rebħa għall-Hibernians tkun tfisser li huma wkoll jassiguraw post fil-kompetizzjoni.
Jesmond Abela, Team Manager ta’ Hibernians, tenna li, għalkemm kien jistħoqqilhom aħjar fl-istaġun, il-plejers se jagħmlu minn kollox biex jagħtu prestazzjoni mill-aqwa.
Għal Birkirkara, il-Media Officer Clayton Schembri rringrazzja lis-supporters tal-klabb li dejjem kienu magħhom f’kull logħba f’dan l-istaġun.