Il-finali tal-UEFA Champions League, li se tintlagħab fid-29 ta’ Mejju se tintlagħab fil-belt Portuġiża ta’ Porto.
Il-logħba bejn iż-żewġ timijiet Ingliżi ta’ Manchester City u Chelsea, kellha tintlagħab f’Istanbul, it-Turkija iżda minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, it-Turkija tinsab fiż-żona l-ħamra tar-Renju Unit.
Preżenti għal din il-finali, it-tieni waħda konsekuttiva ġewwa l-Portugall se jkollha massimu ta’ 12,000 spettatur.