Staġun ieħor ta’ Brillanti wasal fi tmiemu u l-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju se nesperjenzaw il-finalissima tat-tieni staġun ta’ Brillanti…din id-darba Brillanti Goes Dance.
Matul dan l-istaġun rajna għexieren ta’ talenti li lkoll spikkaw, iżda jkollna nistqarru li wħud spikkaw u kienu konsistenti aktar minn parteċipanti oħra. Wara numru ta’ semifinali, wasalna proprju għall-finali ta’ dan il-programm.
Finali fejn fiha se naraw sitt talenti mill-aqwa jikkompetu kontra xulxin sabiex jieħdu t-titlu ta’ Brillanti ta’ din is-sena. Il-vjaġġ tagħhom ma kinx wieħed faċli. Kollha li huma kellhom jissieltu u jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi xejn faċli iżda la waslu s’hawn, għandhom xi ħaġa speċjali tassew.