Minkejja sensiela ta’ kritika negattiva, il-film ta’ Disney ibbażat fuq il-ħrafa klassika ta’ Snow White telgħa fil-quċċata tal-lista tal-box office Amerikana.
Matul l-ewwel jumejn li beda jintwera fiċ-ċinema qed ikun stmat li daħħal $87.3 miljun b’nofshom jaslu mill-Amerika ta’ Fuq. Iżda din il-figura hija xorta meqjusa bħala anqas minn dik li wieħed jistenna għal film li qam aktar minn $270 miljun.
Għall-bidu l-idea tar-remake tal-film animat tal-1937 kienet meqjusa bħala suċċess sigur iżda wara ftit beda jkun suġġett ta’ ħafna kontroversji li tappnu r-rilaxx tiegħu hekk kif il-film ta’ Bajda Silġ u s-Seba’ Nani beda jkun suġġett ta’ konversazzjonijiet soċjali u politiċi.
Waħda minn dawn kienet li l-parti prinċipali ingħatat lill-attriċi ta’ dixxindenza Kolombjana Rachel Zelger. Kien hemm ukoll ħafna kritika negattiva wara l-kummenti ta’ Zelger u l-attriċi Iżraeljana Gal Gadot, li għandha l-parti tar-Reġina Kattiva, favur il-Palestina.
Dan barra dibattitu kontinwu jekk kienx lok li jkun hemm nani fil-film, kemm ta’ veru jew iġġenerati bl-intelliġenza artifiċjali.