Il-film Malti Luzzu rebaħ premju fil-konkors internazzjonali tal-films fil-Ġappun.
F’din l-edizzjoni ta’ dan il-konkors, li hija t-18-il waħda, kien hemm 1,084 sottomissjoni minn aktar minn mitt pajjiż u reġjuni differenti, madwar id-dinja.
Il-film li għandu direzzjoni ta’ Alex Camilleri kien imfaħħar u ngħata bosta premijiet minn madwar id-dinja.
Dan il-film, li huwa dwar storja ta’ sajjied li jirriskja kollox biex jidħol fis-suq illegali, għoġob ħafna lill-ġurija fis-Sundance Film Festival, fejn intwera għall-ewwel darba.
L-attur li qed jinterpreta l-karattru prinċipali, Jesmark Scicluna, li huwa sajjied mis-Siġġiewi, ħa l-premju Speċjali tal-Ġurija, f’dan il-festival.
Huwa ġie nnominat ukoll għall-European Film Awards.