Il-Filippina akkużata li qatlet lis-sieħeb tagħha f’Lulju li għadda kienet qed tissuspetta li l-vittma kien f’relazzjoni.
Mayumi Santos Patacsil ta’ 44 sena tinsab akkużata bil-qtil ta’ Marcelino Montalban Saraza.
Hija qed tiġi akkużata wkoll li ffabbrikat provi, li bagħbset l-evidenza u li għamlet rapport falz lill-pulizija.
Fuq il-pedana tax-xhieda telgħu jixhdu żewġt irġiel, li kienu ħbieb tal-vittma, li xehdu li l-akkużata kienet dejjem tgħir.
Huma qalu li l-akkużata kienet tgħid li l-vittma għandu nisa oħra, iżda huma stqarrew li ma kienx veru.