Sa mill-bidu ta’ din l-edizzjoni fil-Qatar, kienu ħafna dawk li daħlu fuq il-midja soċjali tal-FIFA, sabiex isegwu u jaqsmu l-esperjenzi flimkien mal-opinjonijiet tagħhom.
Mal-156 miljun daħlu fuq is-sit FIFA.com, FIFA+ u l-apps liċenzjati mill-FIFA. Mal-135 miljun żaru is-siti soċjali, b’aktar minn 50 miljun li kienu fuq TikTok. Aktar minn żewġ mijuni daħlu biex jilagħbu l-Fantasy Football Leagues.
Ta’ min isemmi wkoll il-vidjows tal-kampanja Football Unites the World, il-filmati tal-Ġappuniżi li ħallew l-istands u d-dressing room nodfa, dwar ir-referi Stephanie Frappart u l-filmati taċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ.,
Fi kliem il-President tal-FIFA Gianni Infantino din hija l-aqwa edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, għax minkejja d-diversi polemiċi madwarha, għamlet impatt qawwi fuq il-mod innovattiv ta’ kif it-teknoloġija ta’ żminijietna waslet għand firxa kbira ta’ nies madwar id-dinja.
Ritratt: FIFA.com.