Il-FIFA ħarġet proposta sabiex it-Tazza Dinja tibda ssir kull sentejn, hekk kif din bħalissa ssir kull erba’ snin.
Il-UEFA, li tippreżenta n-nazzjonijiet Ewropej qed topponi din il-bidla li trid il-FIFA.
Il-President tal-UEFA Aleksander Cefěrin qal il-UEFA għandha riservi kbar dwar dawn il-pjannijiet.
Intqal kif din il-proposta se tkun qed tolqot lill-futbol kollu, filwaqt li l-FIFA ma kkonsultat ma ħadd dwar dan.