Il-management tal-Fiera l-Kbira ħabbar li ddeċieda li jissospendi din il-fiera b’effett immedjat.
Il-permess sabiex tkun tista’ ssir din il-fiera, ħareġ madwar ġimgħatejn ilu. Dan il-permess ikopri parti miż-żona li hija meħtieġa għall-ispazju t’ esibizzjoni.
Il-management stqarr li biex tkun milqugħa d-domanda għall-ispazju tal-esibizzjoni, l-organiżaturi tal-fiera jkollhom bżonn jużaw żoni oħra. Huma spjegaw kif dan kien il-każ matul dawn l-aħħar seba’ snin.
Meta l-organizaturi tal-fiera l-kbira ngħataw il-liċenzja f’Mejju, il-management informa l-awtoritajiet konċernati li għandhom bżonn jużaw żoni oħra li kienu intużaw fl-aħħar żewġ edizzjonijiet.
Madankollhu l-awtoritajiet infurmaw lill-management tal-fiera l-kbira li mhux ser jingħata l-permess għall-użu ta’ din iż-żona.
Din is-sitwazzjoni waslet sabiex il-management jipostponi din il-fiera.