Għall-Fiera l-Kbira ta’ din is-sena se jkun hemm aktar minn 200 esebitur u 1,500 ħaddiem. Dawn se jimpenjaw rwieħhom sabiex jilqagħu mal-100,000 viżitatur, matul il-11-il jum tal-fiera.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet ngħataw dettalji dwar il-fiera. Id-dati huma maħsuba fi żmien meta jkun spiċċa l-logħob Euro 2016, ċioe mis-7 sas-17 ta’ Lulju. Se jkun hemm trasport għall-pubbliku, b’servizz ta’ shuttle mill-Belt Valletta għal Monekristo tul sebat’ijiem u servizz ta’ shuttle ma’ Malta kollha. Il-prezz tad-dħul huwa sussidjat għal-Għawdxin u għal dawk kollha li juaw it-trasport tal-fiera, li huwa b’xejn. Għal dawk li jużaw il-karozza tagħhom, se jkun hemm diversi żoni ta’ parkeġġ. It-traffiku se jkun immexxi bl-għajnuna tal-Pulizija u l-awtoritajiet konċernati.
Il-fiera, li qed issir b’kollaborazzjoni mal-GRTU, se tkun mżewwqa b’divertiment, prodotti u ikel bnin u varjat fost oħrajn.