Tnediet it-tlettax-il edizzjoni tal-festival tan-nar tal-art imtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Floriana lejlet il-festa ta’ San Publiju.
Fil-festival ta’ din is-sena se jieħdu sehem tmien għaqdiet tan-nar b’żewġ biċċiet nar tal-art kull wieħed.
Għall-ewwel darba din is-sena, il-festival se jagħlaq bit-tapit li nħadem nħadem mill-għaqda ħmistax ta’ Awwissu tal-Mosta, ir-rebbieħa tal-festival tas-sena li għaddiet.
Is-Sindku tal-Floriana, Davina Sammut Hili, qalet li l-għeluq tal-festival se jkun wieħed differenti minn dak tas-soltu.
“Ħa jkun hawn ukoll għeluq spettakolari li bla dubju ta’ xejn ħa tattira d-dilettanti kollha tal-pirotekina, kemm Maltin kif ukoll internazzjonali”
Għall-ewwel darba din is-sena wkoll, dan il-festival se jittella’ bil-bis-sehem tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA).
Lionel Gerada, il-Maniġer tal-attivitajiet tal-awtorità qal li din il-kollaborazzjoni se sservi biex il-Malti u t-turist jingħata spettaklu tan-nar b’mod sħiħ.
“Nemmen li din il-kollaborazzjoni kabbret il-festival u tajna esperjenza sabiħa, kemm għal Malti kif ukoll għat-turist. Li might as well, jekk qed nagħmlu xi ħaġa, nagħmluha xi ħaġa globali u nagħtuha laqta internazzjonali waħda”
Dan l-avventiment annwali, kull sena qed ikompli jiġbed bosta turisti li jkunu jridu jaraw logħob tan-nar li ftit li xejn issib bħalu madwar id-dinja.